more from
Ultralow Music
We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Rub Al Khali

by Brikkuni

supported by
adriangrima
adriangrima thumbnail
adriangrima Dan l-album iqabbadni l-bard kull darba li nisimgħu - kull santissma darba. U minkejja l-malinkonija, iħallini b'sensazzjoni li l-mużika u l-poeżija biss kapaċi jqanqlu fija. Sensazzjoni li diffiċli tiddeskriviha. Trid tisma' l-album. Speċjalment "Għaxar Snin."
klacc
klacc thumbnail
klacc Lirika mirquma, malti uzat b'mod eccellenti, hsieb profond u tahlita ta' ideat muzikali tajba hafna! Prosit Hbieb! Favorite track: Rub Al Khali.
jbonnici
jbonnici thumbnail
jbonnici Haunting, intimate and brutally honest. At times it will slap you in the face, yet it hurts so good. And it's in my mother tongue. Priceless. Favorite track: Għadna (feat. YEWS).
brendon.cassar
brendon.cassar thumbnail
brendon.cassar Album b' Malti mill-isbah, kliem meqjuz u hsieb onest, imgezwrin go muzika moderna b' toghma nostalgika Favorite track: Rub Al Khali.
/
  • Streaming + Download

    Includes high-quality download in MP3, FLAC and more. Paying supporters also get unlimited streaming via the free Bandcamp app.
    Purchasable with gift card

      name your price

     

1.
Rub Al Khali 07:10
Imħabba aħfirli Nitolbok, emminni Fuq ommi naħlef; jisgħobbija Nitolbok twaddabnix ġo qoffa mal-bqija Imħabba twiddibnix b’dazji moħbija Armat l-artal l-arja bl-inċens tqila L-abbattini staħbew fis-sagristija Imħabba nolfoq Mat-trabi fin-nieqa F’tarf ħalqi nġemgħat L-abjad ta’xlieqa Imħabba stħajjiltek B’għajn waħda ssejjaħli Minn fuq l-ogħla għaram Ta’ Rub’ Al Khali Iddur kemm iddur iċ-ċentru jibqa’ fejn ikun
2.
Ċpar 05:10
Ċ(P)AR Ċpar. Fi triqti lejn l-Imġarr Ċpar. Tistħajlu duħħan Minn ħġejjeġimkebbsa taħt qoxortil-art Ċpar. Abjad libbes l-asfalt Dgħajjef dwalijiet Li minn arbli għoljin kmandaw it-triq Ċpar. Widnejk trid tiftaħ biex tara Mill-wied erġajt smajt l-eku t’armi Jisparaw fuq it-tajr li bħal dan iż-żmien ipassi Ħsibt li ċ-ċpar kien ser jagħtihom nifs mill-qilla tal-porvli Li kilbetkaċċatur f’dat-temp ma setgħatx ħlief tbatti Iżda ħadd u xejn Mhu ser jidħol bejn In-namra u n-namrat Ċpar. Xi kultant, Troddilna lura ftit mis-seħer Minn dak li jġorrna lura lejn jiem Il-ħolm ħali ta’ żgħożija fl-ewwel fjur It-tfal sakrana Tal-lejl l’għadda Għand ommhom Inġabru għas-sħana Mill-wied erġajt smajt l-eku t’armi Jisparaw fuq it-tajr li bħal dan iż-żmien ipassi Ħsibt li ċ-ċpar kien ser jagħtihom nifs mill-qilla tal-porvli Li kilbet kaċċatur f’dat-temp ma setgħatx ħlief tbatti Iżda ħadd u xejn Mhu ser jidħol bejn In-namra u n-namrat
3.
Aguirre 04:57
Ir-riħa karga t’għaraq u larinġ Tħabbar miġjet qraba miġjet ħbieb Qalb qraba u ħbieb tħoss wens Ma tħossx mistrieħ Qalb qraba u ħbieb l-iżjed li tħossok iltim Għajjejt inħoll u naqfel lazzijiet Ta’ żraben milbusa minn ċentupied Id-dmugħ kollu li minn għajnejja bilt Ħallew linji twal ta’ tumbatitaflin Iswed kien L-elmu tat-tfajla li nefħet l-irmied Vjola vjola Nonfoħ fuq dawn l-erba’ ġamriet Ħafi ħafi Minn fuqhom ħadd jirfes ma ried Subgħi kaxkart għaqqadt ittri ffurmajt kliem Mill-għabra li nġemgħat fuq wiċċ il-ħġieġ Bħal Aguirre mgħammex minn deheb l-ibliet Fuq ċattra ma’ xadin baħħart lejn it-tmiem Iswed kien L-elmu tat-tfajla li nefħet l-irmied
4.
Għaxar Snin 05:29
Illum f’ idi ġew L-ittri twal li darba ktibtli Mirja ġebbdu rifless ġismi U emmint li twalt Kull kelma musmar Preċiz dritt għal ġo nofs sidri U għad li qrajthom biss f’ qalbi Xorta laqlaqt Illum f’ idi ġew L-ittri twal li darba ktibtli Mirja ġebbdu rifless ġismi U emmint li twalt Ġo pjazza vojta għannaqtek U mill-għafsa ndunajt Li għalkemm qatt ma kont tiegħi Issa żgur int ta’ kulħadd Għalxejn ittamajt Ma fadalx truf ma xiex naqbad F’nofs il-waqgħa rranġajtli xagħri Uħadtli ritratt Biss kun af,għażiża, kun af Li dawn is-snin kollha Għalija ma kinux meħuda Izda lkoll kemm huma mogħtija L-ebda waħda mitlufa Ebda waħda moħlija U għad li demmi ċarċart Mal-bieb li f’ wiċċi għalaqt Qatt mhu ser jisgħobbija Ġo pjazza vojta għannaqtek U mill-għafsa ndunajt Li għalkemm qatt ma kont tiegħi Issa żgur int ta’ kulħadd
5.
Stella 06:14
Stella agħlaq it-tieqa Laħaq kesaħ u taf Li ta’ din l-età Ma jiswiex tistieden irjiħat Stella agħlaq it-tieqa Forsi llejla ma tismax Minn tarf il-vjal Is-sejħa tal-leħen li bbalzmak Stella rranġat Ġabret xagħarha pittret wiċċha Għalkemm taf Minn ħames snin ’ilhawn Lanqas għall-ġbir tal-festa m’għadhom jiġu jħabbtu Il-qtates ġol-boroż taż-żibel iqallbu Huma biss fik jiftakru Dalwaqt Stella, dalwaqt Jidħol sieket setgħan Il-lejl li dellu jifrex bħal madmad ta’tirann Il-lejl li darba ħallmek illum iħallik bi ngħas Titlob indiema Għal dnubiet li missek wettaqt
6.
Bħal ma soptu jieqaf quddiem id-deheb furban Hekk ikolli nieqaf issummat Quddiem mara li ma tibzax tilbes turban Li tippreġja l-kliem profan Kif qatt nista’nħassar id-daħqa li karkart Elfejn pied ’ilfuq mill-art? Idi f’idek għafast kif rajt wiċċi jibjad Bit-turbolenzi l-inżul kumplikat Fommi ma lħaqtx Fommi ma lħaqtx Għal ftit ċentimetri Biex ma noqgħodx inbaxxi Ġegħeltek tilbes is-suletti Konna kbar Konna kolossi Konna par, konna perfetti Konna kollox Kollox ħlief kuntenti  
7.
Malli x-xemx tinżel fil-punent timtedd L-għammiel ifittex kenn fil-friegħi Mill-bogħod id-dwal mit-twieqi Nistħajjel għajnejn Jien u nsuq lura d-dar lejn tiegħi A aaa Stennieni A aaa Daqt nasal Ejja ħa ninġabar maġenbek Ħallik mill-mogħdija Ejja ħdejja Dejjem hekk Imbagħad jinġemgħu hemm Ħallihom f’idi mur inħasel Forsi għal darba nilħqu film mill-bidu nett U nibqgħu mqajmin sat-tmiem A aaa Xejn iżjed Aaaa Ma nitlob Monotonija sabiħa Min qal li ta’ kuljum iweġġa’? Jaqbel tikkuntenta Jekk ġenna ma ssibx hawn Jaf iddum tistenna “Qed narani tqawwejt” “Inħossni qed nikrieh” Xi tridni ngħidlek għid? Qalbi, qatt ma konna mis-sbieħ Għandu ħabta ż-żmien jgħawweġ it-tifsiriet Jibdel maħbubin fi ħbieb Ħtiġijiet fi drawwiet Ara taħseb ma nistaqsix Għalfejn illalla għadna flimkien Għadna għaaaa ...
8.
Ikun dak li trid int Tħallini qatt iżjed nitbiegħed L-idejn li b’għadab erfajt Jirtogħdu ma sejħet ismek Ir-razzjonalità qatt M’għarfet ir-ruħ mill-ġisem Ħalli r-ritwal ikun xrar Minn fjamma li tħeġġeġ Iżżiegħel U ssabbar fl-iljiel Dell Jitwal ma’ nin il-jum Dell Lil sidu ma jibdlux.

about

'Rub Al Khali' marks a complete departure from the politically charged, irreverent songs that distinguished the band's earlier output.

Gone are the pumping rhythm sections and playful guitar licks now making way for brooding synth laden ambient compositions punctuated by string and choral arrangements lending Rub Al Khali a pastoral quality befitting it's running theme of love lost, death and ageing.

credits

released December 27, 2016

Brikkuni:

Alan Vella - Keys & Synths
Oliver Degabriele - Bass Guitar & Synths
Daniel Abdilla - Electric & Acoustic Guitar
Jimmy Bartolo - Electric Guitar
Manuel Pulis - Drums & Additional Percussion
Mario Vella - Vocals

Additional Musicians:

Electric Guitar and co-writer on Għaxar Snin - Matthew Shields
Bassoon - Maria Zahra
Cello - Akos Imre Kertesz
Violins - Marcelline Agius, Klara Nazaj
Clarinett - Godfrey Mifsud
Viola - Nadia Debono
Choir - Nadia M. Vella, Analise Cassar, Kim Pepe, Justin Mamo, Ablert Buttigieg

Orchestral & Choir arrangments by Véronique Vella & Alan Vella

Produced by David Vella & Brikkuni
Recorded between March 2015 & November 2016 at Temple Studios Malta.
Mixed & Mastered by David Vella at Temple Studios

Cover art painting by Jon Grech
Artwork design by Matthew Cardona & Oliver Degabriele

license

all rights reserved

tags

about

Brikkuni Malta

Often credited with the revival of Maltese sung pop music, Brikkuni have been doing the rounds since their seminal 2008 debut 'Kuntrabanda' - a genre bending pop/rock/punk hybrid that transformed the band into a local cult phenomenon ushering in a new wave of Maltese alternative music in it's wake. ... more

contact / help

Contact Brikkuni

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Brikkuni, you may also like: