more from
Ultralow Music
We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Il​-​Ħ​ajja, Il​-​Mewt, In​-​Nisa

by Brikkuni

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €9.99 EUR  or more

     

1.
Ibqa’ dieħla tistħix Għall-bżonn inkun tapit Tibżax Irfes fejn trid Isa fetaħ iż-żfin Għalkemm zopp Għadni niflaħ sew Għat-tidwir Prometju naf m’iniex Biss jekk nar tgħid li tixtieq Nar inkebbislek kemm trid Ħallik mit-tgħanniq Ma rridx bews, irrid gdim Bil-mod, stenna Ieqaf hemm fejn int Bil-mod, stenna Ieqaf hemm fejn int Iskot isma’ Wasal il-ħin Li nagħmlu ftit ħsara lil xulxin Illejla l-imħabba ma tagħmilx li trid Illejla l-imħabba nagħmluha jien u int U meta tispiċċa ma jkollniex għalfejn Nilbsu l-iswed, nheżżu s-snien Kuntenti nkunu fil-vojt Ta’ dal-pjaċir Issa mbilli l-irġiel tobgħod Tinkwetax qalbi għaliex jien Il-mara perfetta għalik Bix-xema’ iksini U minn xagħri N-nar tini
2.
Ċirku 05:41
Qaltli jogħġbuha n-nisa Qaltli jogħġbuha l-irġiel Hemm min iħobb jidħol mit-tieqa Qabel ma joħroġ mill-bieb Qaltli fl-eqqel ta’ kull deni Hemm iż-żrieragħ tat-tiġdid Dahri għawwiġt ganċ inħawwel Xitla mġiddma ma ħaditx Kif mal-ward ix-xewk Hekk ukoll mal-gost l-uġigħ Fittex ejja tini kemm tiflaħ pjaċir Imbagħad għada nibku flimkien Jogħla l-mewġ jigdem il-ksieħ Kull tama għoddha ntfiet Malli tlaqt dlonk indunajt Ma kontx ser nasal sħiħ Il-kisba taħdem kontra x-xewqa Tikkonkwistax ’il min tixtieq ’Ekk ’il min tixtieq tikkonkwista Kull xewqa ttirlek mar-riħ Qalbi Mhux it-tort tiegħek Qalb ta’ qalbi Int tajtni kollox u issa dan il-ġid Irrid naqsam ma’ xi ħadd ġdid Hemm miktub Li ż-żgħożija nħliet fuq iż-żagħżugħ Kliem ix-xiħ żomm kemm trid int fih U lili tini sħana u nirien Tini lura n-nirien Jogħla l-mewġ jigdem il-ksieħ Kull tama appik intfiet Malli tlaqt dlonk indunajt Ma kontx ser nasal sħiħ
3.
Illum l-aħħar Jum il-Missier Mal-mejda nġbarna biex mill-ġdid Ħajr inroddulek l-ulied Nixtieq Missier insib il-kliem Imma x’nista’ ngħid jien lil ħaddiem? Li fis-skiet tbagħal w’ismu ser iħalli biss Fuq l-irħam taħt iċ-ċipress Isa tbissem ftit Sa ma nieħdu r-ritratt Kif dejjem għamilt Kif suppost jagħmel kulħadd Min hu l-itwal, id Alla jew denb ix-xitan? Fejn spiċċa ibnek, fejn spiċċajt jien? Fejn mar il-wens u l-paċi ta’ dawk il-jiem Meta kont tqabbiżni fuq kull sieq? Nixtieq nemmen fi pjan divin Li l-ħżiena jifred mit-twajbin Kieku nipprova ninbidel, insir ħanin Biex nerġa’ nsibek viċin Isa tbissem ftit Sa ma nieħdu r-ritratt Kif dejjem għamilt Kif suppost jagħmel kulħadd Illum għal ftit nessejniek Biss ara tittawwal Lil hinn minn dan l-għabex wennies Liem għaref jaf il-kejl preċiż Ta’ kelma li ssabbar Ta’ kelma li twitti t-triq Kif ħija għannqek rajtek tinġibed lura bl-uġigħ Wirja ta’ mħabba ma tgħaddix mingħajr daqqa ta’ sieq Qabel jiskura s-sema jikxef l-isbaħ ilwien Ħares ’il fuq Joe Ara kemm hu kbir il-Bambin
4.
Fomm ir-Riħ 06:08
Fl-isbaħ ħolm Niġi ħdejk Fomm ir-Riħ Mal-blat niggież Jinkorla l-mewġ Melħ fuq xufftejk Il-Qamar bies Is-sbieħ għajnejk Il-kwiekeb intfew Għax quddiem dan il-ġmiel Bilfors kellhom jinħbew Biex hekk kif lejja rsaqt Kont pront ħtaft il-mument Fl-isbaħ ħolm Niġi ħdejk Fomm ir-Riħ Il-Qamar bies is-sbieħ għajnejk il-kwiekeb intfew Żommni hawn ilsir Żommni hawn ilsir Żommni hawn ilsir
5.
Niggustak tgħidli li ġejja Fejn ġejja ’kk qatt ma morna mkien? Kieku dal-ħitan kellhom jitkellmu Iii nistaqsi min? Qabli kien jaf jimliek b’dan il-pjaċir Baħnan kemm se ndum inwiddbek Il-lupu ma jibdilx il-pil Ara biss taħseb li bħalek jiena Qatt mhu ser insib Jekk tixtieq iżjed taf fejn hu l-bieb Titlob xejn iżjed minn dan il-jum Stenna l-Għid jasal ’ekk tixtieq ħaruf Il-mejtin ma jqumux mill-imwiet Tippruvax tiġri fuq frak tal-ħġieġ L-imħabba xogħolha tagħmlu fis-skiet U int tparla wisq Naf Ma nitgħallem qatt Naf Tfixkilt It-Tnejn Nibqa’ nagħmlu l-Ħadd Erġajt ingdimt Kont mingħalik li lest Tixxengel għal kull nefħa Bħal pinnur fir-riħ Qalbi tmut hekk kif nisimgħak Tgħidli li ma tridx irbit Lanqas ħaqq għażilt l-ismijiet kollha għall-frieħ Li kont se ntik Spiccajt niknes waħdi wara l-festin Titlob xejn iżjed minn dan il-jum Stenna l-Għid jasal ’ekk tixtieq ħaruf Il-mejtin ma jqumux mill-imwiet Tippruvax tiġri fuq frak tal-ħġieġ L-imħabba xogħolha tagħmlu fis-skiet U int… tparla wisq
6.
Xi tgħid jekk nibdlu ftit? Illum kun int l-imgħallma Jien noqgħod ilsir Iġbed xagħri Tridx taqilgħu ’kk trid Qalbi għal dan id-deni Għad ma vvintawx tilqim Aaa fuq sidrek nistrieħ Faraġ... imqar jekk għal ftit Tistaqsix Agħfasni għax risposta m’għandix Imbagħad għada naraw Min ser jiknes it-tifrik Jgħidu l-jum minn filgħodu jurik Eeeh imma jien ma nafx Donnu għalina l-lejl jikxef Dak li l-għodwa ilha wisq taħbi fil-kmiem Se jkolli nsellimlek Nixtieqlek kull risq Iżda tnejn ħafna U tlieta wisq Il-gideb li jintqal għall-ġid Jagħmel mil-isbaħ anġlu l-ikreh għafrit Tistaqsix Agħfasni għax risposta m’għandix Imbagħad għada naraw Min ser jiknes it-tifrik Is-sħab tqal u swied għalkemm ix-xefaq jixgħel dehbien Għalxejn noqogħdu nfettqu Fuq dak li seta’ kien L-għodwa riesqa bħal bojja U rasna t-tnejn tixtieq
7.
Victoria 07:12
Kif il-mobile niċċekkja jidħol il-messaġġ “Wasalt qiegħda fuq l-għatba tgħaġġel xejn” Il-flus niġri noħroġ inwaddab lejn il-kaxxier Mis-supermarket naħrab qisni ħalliel Malli nikser mal-kantuniera nsibek hemm Tqalleb fil-paġni ta’ ktieb mingħajr wisq interess Nipprova għalxejn qalbi nsikket – Mario la tiġrix Naf li għalik ix-xemx fuq ġildtek ħlief tbajja’ ma tħallix Victoria int tibqa’ l-isbaħ telfa li qatt tlift Il-penitenza għall-gideb kollu li gdibt Għall-imħabba kollha li offrewli u warrabt Niżżi ħajr ’l Alla fl-aħħar ingdimt Fuq is-sufan inqattgħu sigħat twal inparlaw Bit-televixin mixgħul bla ma nafu x’qed naraw Għidtli ċedejt, ma rridx nissielet iżjed Did-dinja bla qalb Min hu dar-raġel jirriklama ħwejjeġ li ma jeħtieġ ħadd? Kulma rrid qiegħed hawn Jista’ jżommu għalih dak l-irmixk Kemm nixtieq immissek Iżda l-istonku ma jtinix Victoria int tibqa’ l-isbaħ telfa li qatt tlift Il-penitenza għall-gideb kollu li gdibt Għall-imħabba kollha li offrewli u warrabt Niżżi ħajr ’l Alla fl-aħħar ingdimt Victoria ma nafx Ma nafx jien x’nista’ nagħtik Dil-kanzunetta hi Dak kollu li jien Victoria qatt tinsa Ftakar fil-ġmiel Meta ġismi jitmermer U ż-żiffa xxerred l-irmied
8.
Il-Bekkejja 03:46
Jien hawn Qasba fir-riħ Bqajt nistenniek Sentejn stennija għal saqaf jisfronda Sfrundat l-art Oooo... ara kif spiċċajt Imma għalfejn twebbilt? Ħabib kellek raġun biex tbigħ meta għidt li ħadd Daqs bekkejja Ma taf tbikkik Inżajt il-ġakketta Sormi mlejt Li fhimt is-skiet li tbigħ Ma fhimt xejn Ġejt hawn qalbi f’idi Ġejt hawn qalbi f’idi Int bl-istallett Jien Duminku Mintoff Jien Duminku Mintoff Int l-interdett Jien hawn Qatt ma kont hemm F’dat-tijatrin Bqajt ma ħadtx sehem u l-uċuh li lbistlek kollha Kienu l-istess O Santa Luċija F’ħoġrok kemm bkejt Qabel raddejtlek salib u rġajt bgħattek lura Mnejn ġejt Ġejt hawn qalbi f’idi Ġejt hawn qalbi f’idi Int bl-istallett Jien Duminku Mintoff Jien Duminku Mintoff Int l-interdett Hawn jien qalbi f’idi Hawn jien qalbi f’idi Int skiet perfett L-infern Għad forsi nkunu ta’ xulxin Bekkejja u beżżiegħ F’għajnejk ħarist u bqajt ma stajt insibni mkien Flok bidu xegħel it-tmiem Jien hawn qatt ma kont hemm F’dat-teatrin bqajt ma hadtx sehem Jien hawn qasba fir-riħ Bqajt nistenniek... għadni nistenniek
9.
Stenbaħt fis-sodda u bla ma naf dort Trembilt fuq in-naħa li int tant kont tħobb Xtaqt erġajt rajtek kif kont fl-istess post Mank ġimgħa qabel, tongħos mingħajr ħoss Ma nistax nieqaf inġibek quddiem għajnejja Tinża’ b’dik il-grazzja li ttella’ x-xjaten il-Ġenna Il-jum għadu jisbaħ u moħħi diġà għeja Hemm bżonn nieqaf nhewden, inħoll l-għoqda fi griżmejja Aaa l-palazzi li tibni u tħott Aaa isa poġġi ħdejja fuq dal-borġ Ismagħha bdiet nieżla ttektek fuq it-tieqa Xita f’Awwissu u x-xemx tiddi hienja Aħjar il-piena ta’ kundanna bla maħfra Mit-tidlik nofs leħja ta’ dat-temp fis-sakra U għidtli li tħobbni iżda jien ma nafx Jekk mingħajr il-ġabra l-imħabba tasalx Naf ix-xita f’dilluvju tintilef fil-baħar Imma bewla f’Awwissu widien mhux ser tħaddar Il-werqa ma toqgħodx mingħajr iz-zokk Mal-inqas fewġa tirtogħod Aaa l-palazzi li tibni u tħott Aaa isa ejja poġġi ħdejja fuq dal-borġ
10.
Kemm hu sabiħ L-għażż u l-fsied Wara ġimgħa nimla l-ixkejjer bid-dagħa Ooo... xi pjaċir Ma tmur imkien Tqabbad wieħed Tonfoħ iċ-ċrieki tad-duħħan Ġej l-aptit tal-inkejja Għolli l-friex u idħol ħdejja Ċempel lil sħabna Għidilhom jinsewna Illum mhux ġejjin Illum ma nistgħux Nixwu biċċtejn ħobż Nitfgħu l-kitla fuq in-nar Nagħmlu mandra bħall-annimali Nimlew il-mejda bil-frak U vindikazzjoni Ma naħslu ebda platt Ġej l-aptit tal-inkejja Għolli l-friex u idħol ħdejja Għada lura għall-qrid Il-ħsieb biss biżżejjed Biex nerġa’ naqa’ ħażin Ejja nċemplu tabib Forsi nirbħu jumejn oħra ’L bogħod minn dak il-griż Nibqgħu hawn jien u int Taħt il-friex Inbagħbsu ’l xulxin
11.
Tibkix iżjed Dak li sar sar Li hemm hemm Ħallih imur Kbir kemm hu kbir id-dulur L-arloġġ lura għal ħadd mhu ser idur Omgħod bil-mod u ibla Kun żgur Li tgħallimt tiżfen fuq sieq waħda Bl-oħra nkejlu l-irdum Xott kemm hu xott l-istaġun Il-qalb b’xi haġa xorta trid tfur Trid għanja għal meta jseħħlek Oħra għal meta jiswielek suf Ħoss ir-raxx tal-ilma fuq wiċċek sħun Omgħod bil-mod u ibla Kun żgur Li tgħallimt tiżfen fuq sieq waħda Bl-oħra nkejlu l-irdum

about

'Il-Ħajja, Il-Mewt, In-Nisa' shares Rub Al Khali's thematic concerns but the eleven songs presented here are delivered with a pop sensibility that is entirely at odds with it's predecessor's experimental nature. The band's renewed penchant for strong hooks, sweet(er) harmonies and tight songwriting does not however come at the expense of curiosity.

Brikkuni's willingness to operate out of their comfort zone and play around with unfamiliar genres and textures still manages to make 'Il-Ħajja, il-Mewt, In-Nisa' a rather unpredictable affair. One you'd hopefully want to involve yourself with time and again.

credits

released March 17, 2020

Brikkuni:

Jimmy Bartolo: Guitars, keys, percussion, backing voices
John J.Bartolo: Drums
Oliver Degabriele: Bass
Alan Vella: Keys
Andrew Schembri: Guitars
Kim Pepe: Vocals
Mario Vella: Vocals

Backing vocals on 'Fuq Sieq Waħda Nizfnu' and 'Tnejn Ħafna Tlieta Wisq': Alison Galea.

Recorded, engineered, produced, mixed and mastered by David Vella at Temple Studios

Additional recording and pre-production by Jimmy Bartolo at Ultralow Music Studios.

Proof-reading: David Schembri

Photography: Charles Balzan

Sleeve design: Oliver Degabriele

license

all rights reserved

tags

about

Brikkuni Malta

Often credited with the revival of Maltese sung pop music, Brikkuni have been doing the rounds since their seminal 2008 debut 'Kuntrabanda' - a genre bending pop/rock/punk hybrid that transformed the band into a local cult phenomenon ushering in a new wave of Maltese alternative music in it's wake. ... more

contact / help

Contact Brikkuni

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Brikkuni, you may also like: