1. |
||||
Ibqa’ dieħla tistħix
Għall-bżonn inkun tapit
Tibżax
Irfes fejn trid
Isa fetaħ iż-żfin
Għalkemm zopp
Għadni niflaħ sew
Għat-tidwir
Prometju naf m’iniex
Biss jekk nar tgħid li tixtieq
Nar inkebbislek kemm trid
Ħallik mit-tgħanniq
Ma rridx bews, irrid gdim
Bil-mod, stenna
Ieqaf hemm fejn int
Bil-mod, stenna
Ieqaf hemm fejn int
Iskot isma’
Wasal il-ħin
Li nagħmlu ftit ħsara lil xulxin
Illejla l-imħabba ma tagħmilx li trid
Illejla l-imħabba nagħmluha jien u int
U meta tispiċċa ma jkollniex għalfejn
Nilbsu l-iswed, nheżżu s-snien
Kuntenti nkunu fil-vojt
Ta’ dal-pjaċir
Issa mbilli l-irġiel tobgħod
Tinkwetax qalbi għaliex jien
Il-mara perfetta għalik
Bix-xema’ iksini
U minn xagħri
N-nar tini
|
||||
2. |
Ċirku
05:41
|
|||
Qaltli jogħġbuha n-nisa
Qaltli jogħġbuha l-irġiel
Hemm min iħobb jidħol mit-tieqa
Qabel ma joħroġ mill-bieb
Qaltli fl-eqqel ta’ kull deni
Hemm iż-żrieragħ tat-tiġdid
Dahri għawwiġt ganċ inħawwel
Xitla mġiddma ma ħaditx
Kif mal-ward ix-xewk
Hekk ukoll mal-gost l-uġigħ
Fittex ejja tini kemm tiflaħ pjaċir
Imbagħad għada nibku flimkien
Jogħla l-mewġ jigdem il-ksieħ
Kull tama għoddha ntfiet
Malli tlaqt dlonk indunajt
Ma kontx ser nasal sħiħ
Il-kisba taħdem kontra x-xewqa
Tikkonkwistax ’il min tixtieq
’Ekk ’il min tixtieq tikkonkwista
Kull xewqa ttirlek mar-riħ
Qalbi
Mhux it-tort tiegħek
Qalb ta’ qalbi
Int tajtni kollox u issa dan il-ġid
Irrid naqsam ma’ xi ħadd ġdid
Hemm miktub
Li ż-żgħożija nħliet fuq iż-żagħżugħ
Kliem ix-xiħ żomm kemm trid int fih
U lili tini sħana u nirien
Tini lura n-nirien
Jogħla l-mewġ jigdem il-ksieħ
Kull tama appik intfiet
Malli tlaqt dlonk indunajt
Ma kontx ser nasal sħiħ
|
||||
3. |
||||
Illum l-aħħar Jum il-Missier
Mal-mejda nġbarna biex mill-ġdid
Ħajr inroddulek l-ulied
Nixtieq Missier insib il-kliem
Imma x’nista’ ngħid jien lil ħaddiem?
Li fis-skiet tbagħal w’ismu ser iħalli biss
Fuq l-irħam taħt iċ-ċipress
Isa tbissem ftit
Sa ma nieħdu r-ritratt
Kif dejjem għamilt
Kif suppost jagħmel kulħadd
Min hu l-itwal, id Alla jew denb ix-xitan?
Fejn spiċċa ibnek, fejn spiċċajt jien?
Fejn mar il-wens u l-paċi ta’ dawk il-jiem
Meta kont tqabbiżni fuq kull sieq?
Nixtieq nemmen fi pjan divin
Li l-ħżiena jifred mit-twajbin
Kieku nipprova ninbidel, insir ħanin
Biex nerġa’ nsibek viċin
Isa tbissem ftit
Sa ma nieħdu r-ritratt
Kif dejjem għamilt
Kif suppost jagħmel kulħadd
Illum għal ftit nessejniek
Biss ara tittawwal
Lil hinn minn dan l-għabex wennies
Liem għaref jaf il-kejl preċiż
Ta’ kelma li ssabbar
Ta’ kelma li twitti t-triq
Kif ħija għannqek rajtek tinġibed lura bl-uġigħ
Wirja ta’ mħabba ma tgħaddix mingħajr daqqa ta’ sieq
Qabel jiskura s-sema jikxef l-isbaħ ilwien
Ħares ’il fuq Joe
Ara kemm hu kbir il-Bambin
|
||||
4. |
||||
Fl-isbaħ ħolm
Niġi ħdejk
Fomm ir-Riħ
Mal-blat niggież
Jinkorla l-mewġ
Melħ fuq xufftejk
Il-Qamar bies
Is-sbieħ għajnejk
Il-kwiekeb intfew
Għax quddiem dan il-ġmiel
Bilfors kellhom jinħbew
Biex hekk kif lejja rsaqt
Kont pront ħtaft il-mument
Fl-isbaħ ħolm
Niġi ħdejk
Fomm ir-Riħ
Il-Qamar bies
is-sbieħ għajnejk
il-kwiekeb intfew
Żommni hawn ilsir
Żommni hawn ilsir
Żommni hawn ilsir
|
||||
5. |
||||
Niggustak tgħidli li ġejja
Fejn ġejja ’kk qatt ma morna mkien?
Kieku dal-ħitan kellhom jitkellmu
Iii nistaqsi min?
Qabli kien jaf jimliek b’dan il-pjaċir
Baħnan kemm se ndum inwiddbek
Il-lupu ma jibdilx il-pil
Ara biss taħseb li bħalek jiena
Qatt mhu ser insib
Jekk tixtieq iżjed taf fejn hu l-bieb
Titlob xejn iżjed minn dan il-jum
Stenna l-Għid jasal ’ekk tixtieq ħaruf
Il-mejtin ma jqumux mill-imwiet
Tippruvax tiġri fuq frak tal-ħġieġ
L-imħabba xogħolha tagħmlu fis-skiet
U int tparla wisq
Naf
Ma nitgħallem qatt
Naf
Tfixkilt
It-Tnejn
Nibqa’ nagħmlu l-Ħadd
Erġajt ingdimt
Kont mingħalik li lest
Tixxengel għal kull nefħa
Bħal pinnur fir-riħ
Qalbi tmut hekk kif nisimgħak
Tgħidli li ma tridx irbit
Lanqas ħaqq għażilt l-ismijiet kollha għall-frieħ
Li kont se ntik
Spiccajt niknes waħdi wara l-festin
Titlob xejn iżjed minn dan il-jum
Stenna l-Għid jasal ’ekk tixtieq ħaruf
Il-mejtin ma jqumux mill-imwiet
Tippruvax tiġri fuq frak tal-ħġieġ
L-imħabba xogħolha tagħmlu fis-skiet
U int… tparla wisq
|
||||
6. |
Tnejn Ħafna Tlieta Wisq
04:42
|
|||
Xi tgħid jekk nibdlu ftit?
Illum kun int l-imgħallma
Jien noqgħod ilsir
Iġbed xagħri
Tridx taqilgħu ’kk trid
Qalbi għal dan id-deni
Għad ma vvintawx tilqim
Aaa fuq sidrek nistrieħ
Faraġ... imqar jekk għal ftit
Tistaqsix
Agħfasni għax risposta m’għandix
Imbagħad għada naraw
Min ser jiknes it-tifrik
Jgħidu l-jum minn filgħodu jurik
Eeeh imma jien ma nafx
Donnu għalina l-lejl jikxef
Dak li l-għodwa ilha wisq taħbi fil-kmiem
Se jkolli nsellimlek
Nixtieqlek kull risq
Iżda tnejn ħafna
U tlieta wisq
Il-gideb li jintqal għall-ġid
Jagħmel mil-isbaħ anġlu l-ikreh għafrit
Tistaqsix
Agħfasni għax risposta m’għandix
Imbagħad għada naraw
Min ser jiknes it-tifrik
Is-sħab tqal u swied għalkemm ix-xefaq jixgħel dehbien
Għalxejn noqogħdu nfettqu
Fuq dak li seta’ kien
L-għodwa riesqa bħal bojja
U rasna t-tnejn tixtieq
|
||||
7. |
Victoria
07:12
|
|||
Kif il-mobile niċċekkja jidħol il-messaġġ
“Wasalt qiegħda fuq l-għatba tgħaġġel xejn”
Il-flus niġri noħroġ inwaddab lejn il-kaxxier
Mis-supermarket naħrab qisni ħalliel
Malli nikser mal-kantuniera nsibek hemm
Tqalleb fil-paġni ta’ ktieb mingħajr wisq interess
Nipprova għalxejn qalbi nsikket – Mario la tiġrix
Naf li għalik ix-xemx fuq ġildtek ħlief tbajja’ ma tħallix
Victoria int tibqa’ l-isbaħ telfa li qatt tlift
Il-penitenza għall-gideb kollu li gdibt
Għall-imħabba kollha li offrewli u warrabt
Niżżi ħajr ’l Alla fl-aħħar ingdimt
Fuq is-sufan inqattgħu sigħat twal inparlaw
Bit-televixin mixgħul bla ma nafu x’qed naraw
Għidtli ċedejt, ma rridx nissielet iżjed
Did-dinja bla qalb
Min hu dar-raġel jirriklama ħwejjeġ li ma jeħtieġ ħadd?
Kulma rrid qiegħed hawn
Jista’ jżommu għalih dak l-irmixk
Kemm nixtieq immissek
Iżda l-istonku ma jtinix
Victoria int tibqa’ l-isbaħ telfa li qatt tlift
Il-penitenza għall-gideb kollu li gdibt
Għall-imħabba kollha li offrewli u warrabt
Niżżi ħajr ’l Alla fl-aħħar ingdimt
Victoria ma nafx
Ma nafx jien x’nista’ nagħtik
Dil-kanzunetta hi
Dak kollu li jien
Victoria qatt tinsa
Ftakar fil-ġmiel
Meta ġismi jitmermer
U ż-żiffa xxerred l-irmied
|
||||
8. |
Il-Bekkejja
03:46
|
|||
Jien hawn
Qasba fir-riħ
Bqajt nistenniek
Sentejn stennija għal saqaf jisfronda
Sfrundat l-art
Oooo... ara kif spiċċajt
Imma għalfejn twebbilt?
Ħabib kellek raġun biex tbigħ meta għidt li ħadd
Daqs bekkejja
Ma taf tbikkik
Inżajt il-ġakketta
Sormi mlejt
Li fhimt is-skiet li tbigħ
Ma fhimt xejn
Ġejt hawn qalbi f’idi
Ġejt hawn qalbi f’idi
Int bl-istallett
Jien Duminku Mintoff
Jien Duminku Mintoff
Int l-interdett
Jien hawn
Qatt ma kont hemm
F’dat-tijatrin
Bqajt ma ħadtx sehem u l-uċuh li lbistlek kollha
Kienu l-istess
O Santa Luċija
F’ħoġrok kemm bkejt
Qabel raddejtlek salib u rġajt bgħattek lura
Mnejn ġejt
Ġejt hawn qalbi f’idi
Ġejt hawn qalbi f’idi
Int bl-istallett
Jien Duminku Mintoff
Jien Duminku Mintoff
Int l-interdett
Hawn jien qalbi f’idi
Hawn jien qalbi f’idi
Int skiet perfett
L-infern
Għad forsi nkunu ta’ xulxin
Bekkejja u beżżiegħ
F’għajnejk ħarist u bqajt ma stajt insibni mkien
Flok bidu xegħel it-tmiem
Jien hawn qatt ma kont hemm
F’dat-teatrin bqajt ma hadtx sehem
Jien hawn qasba fir-riħ
Bqajt nistenniek... għadni nistenniek
|
||||
9. |
Xita f'Awissu
06:51
|
|||
Stenbaħt fis-sodda u bla ma naf dort
Trembilt fuq in-naħa li int tant kont tħobb
Xtaqt erġajt rajtek kif kont fl-istess post
Mank ġimgħa qabel, tongħos mingħajr ħoss
Ma nistax nieqaf inġibek quddiem għajnejja
Tinża’ b’dik il-grazzja li ttella’ x-xjaten il-Ġenna
Il-jum għadu jisbaħ u moħħi diġà għeja
Hemm bżonn nieqaf nhewden, inħoll l-għoqda fi griżmejja
Aaa l-palazzi li tibni u tħott
Aaa isa poġġi ħdejja fuq dal-borġ
Ismagħha bdiet nieżla ttektek fuq it-tieqa
Xita f’Awwissu u x-xemx tiddi hienja
Aħjar il-piena ta’ kundanna bla maħfra
Mit-tidlik nofs leħja ta’ dat-temp fis-sakra
U għidtli li tħobbni iżda jien ma nafx
Jekk mingħajr il-ġabra l-imħabba tasalx
Naf ix-xita f’dilluvju tintilef fil-baħar
Imma bewla f’Awwissu widien mhux ser tħaddar
Il-werqa ma toqgħodx mingħajr iz-zokk
Mal-inqas fewġa tirtogħod
Aaa l-palazzi li tibni u tħott
Aaa isa ejja poġġi ħdejja fuq dal-borġ
|
||||
10. |
Il-Ħadd Ma Jiswiex
03:10
|
|||
Kemm hu sabiħ
L-għażż u l-fsied
Wara ġimgħa nimla l-ixkejjer bid-dagħa
Ooo... xi pjaċir
Ma tmur imkien
Tqabbad wieħed
Tonfoħ iċ-ċrieki tad-duħħan
Ġej l-aptit tal-inkejja
Għolli l-friex u idħol ħdejja
Ċempel lil sħabna
Għidilhom jinsewna
Illum mhux ġejjin
Illum ma nistgħux
Nixwu biċċtejn ħobż
Nitfgħu l-kitla fuq in-nar
Nagħmlu mandra bħall-annimali
Nimlew il-mejda bil-frak
U vindikazzjoni
Ma naħslu ebda platt
Ġej l-aptit tal-inkejja
Għolli l-friex u idħol ħdejja
Għada lura għall-qrid
Il-ħsieb biss biżżejjed
Biex nerġa’ naqa’ ħażin
Ejja nċemplu tabib
Forsi nirbħu jumejn oħra
’L bogħod minn dak il-griż
Nibqgħu hawn jien u int
Taħt il-friex
Inbagħbsu ’l xulxin
|
||||
11. |
Fuq Sieq Waħda Niżfnu
05:20
|
|||
Tibkix iżjed
Dak li sar sar
Li hemm hemm
Ħallih imur
Kbir kemm hu kbir id-dulur
L-arloġġ lura għal ħadd mhu ser idur
Omgħod bil-mod u ibla
Kun żgur
Li tgħallimt tiżfen fuq sieq waħda
Bl-oħra nkejlu l-irdum
Xott kemm hu xott l-istaġun
Il-qalb b’xi haġa xorta trid tfur
Trid għanja għal meta jseħħlek
Oħra għal meta jiswielek suf
Ħoss ir-raxx tal-ilma fuq wiċċek sħun
Omgħod bil-mod u ibla
Kun żgur
Li tgħallimt tiżfen fuq sieq waħda
Bl-oħra nkejlu l-irdum
|
Brikkuni Malta
Often credited with the revival of Maltese sung pop music, Brikkuni have been doing the rounds since their seminal 2008 debut 'Kuntrabanda' - a genre bending pop/rock/punk hybrid that transformed the band into a local cult phenomenon ushering in a new wave of Maltese alternative music in it's wake. ... more
Streaming and Download help
If you like Brikkuni, you may also like:
Bandcamp Daily your guide to the world of Bandcamp