more from
Ultralow Music
We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Kuntrabanda

by Brikkuni

/
  • Streaming + Download

    Includes high-quality download in MP3, FLAC and more. Paying supporters also get unlimited streaming via the free Bandcamp app.
    Purchasable with gift card

      name your price

     

1.
Tamietna fuq dahar it-Tramuntana baħħarna lejn Sqallija Jekk tmissna x-xorti sal-llejla ghandha tfiġġ Pantelleria Deffes imnieħru l-Punent u spiċċajna fuq dil-Gżira Xi wħud laqawna oħrajn tathom ferneżiija Ħarġu fit-toroq jgħajjtu qajjmu l-midinba ta’ Kastilja Il-lingwa nstemgħet familjari u ttantajt nagħmel stqarrija Jiena Musadebi Dauda minn tal-Avorju L-Kosta Ġejt biex nisirqilkhom xogħlkhom u niklilkhom xi tarbija Tefgħuni taħt tinda kbira tonda Tawni larinġa qarsa u sodda ftit skomda Saħnu l-irjus xejjru l-idejn, Kien hemm min weġġa Kull ma kelli tajtu lill-gwardjan li ippuntali Lejn toqba fil-grada u minnha jien parpart Fittixt il-kenn sibt flat fit-tielet sular go blokka l-Gżira Sid il-kera wiegħedni mhux ser jgħafasni jekk nagħmillu daqsxejn ta’ pjaċir zgħir, kwarta kollox kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija Xogħli għamiltu tajjeb tant li spiċċajt akkwistajt Visa niċċelebra mort fl-ewwel Club li sibt, fil-bieb għamlu għalija Staqsejt għaliex, ma weġbunix u minflok daħħlu Olandiża L’għadha sbaħt il-Belt Kelli bżonn tibdilha Fil-bieb reġgħu laqgħuni Mingħajr ħjiel ta’tbissima Qaluli għalik m’għandna xejn u jien ħarist lejn il-vetrina U ntbaħt li mal-iswed ma jaqbel xejn Sibt impjieg imħallas ħażin nongor il-ġebel ġo barriera Sfurzajt, tqanżaħt, il-bajd kissirt biex forsi ndawwar lira Sħabi għammduni mitejn darba iżda fl-aħħar laqgħuni Għax miksi bl-għabra tal-franka sirt abjad u issa drawni U bis-saħħa ta Muhammed sibt tfajla kerha iżda ħanina Tliet snin ilu żżewwigna ftit xhur wara waslet tarbija Għandha għajnejn ommha, mnieħer missierha Ta’ Muhammed l-imħabba ta’Kristu l-ħniena U l-ewwel kelma li lissnet kienet Maltija Daqs l-erbgħa u sittin u d-disgħa u sebgħin.
2.
Ifhem… Ma nixtieqx nistqarr li dak li ħarbixt ma għoġobnix għax jien kotba Qatt ma ġerraħt, Jew li l-installation qisha munzell hara la l-astratt jien ma nniżżilx, u li d-diska hija fqira l-muzika kemmxejn għajjiena la widnejja ma jtunix Min irid jgħarbel l-ilma u min ma jistax għax inzerta għandu toqba fl-għarbiel Aħjar nagħalaq ħalqi ma mmurx bi żball noffendi Xi artist prim għax kulħadd impestat bit-talenti Għax din kwistjoni Kwistjoni t’opinjoni u xejn iżjed Xejn ħlief kwistjoni Kwistjoni t’opinjoni u aħjar nigdeb Għidtlek kwistjoni, Kwistjoni t’opinjoni u jien ser nigdeb. Ara tgħid li inti tajjeb għax naħbtu għalik bil-ktajjen Ja purcinell Min int biex tistkerraħ l-avukati li jintefgħu l-Jubilee? Galizia il-konkubina tal-Prim tagħmel għall-aħmar iżjed mill-barrin Wara l-mewt żgur hemm xi ħaġa wara l-mewt tmur fuq program ta’Montesin Ara dik it-tifla ċkejkna u mibruma Nispera mhix ser tkanta Għax inħanxrilha l-gerżuma Imma kwistjoni Kwistjoni t’opinjoni u xejn iżjed Xejn ħlief kwistjoni Kwistjoni t’opinjoni u aħjar nigdeb Għidtlek kwistjoni, Kwistjoni t’opinjoni u jien ser nigdeb. Nigdeb? Kwistjoni, kwistjoni, kwistjoni t’opinjoni Xejn ħlief kwistjoni, kwistjoni, kwistjoni t’opinjoni Għidtlek kwistjoni, kwistjoni, kwistjoni t’opinjoni
3.
Fil Bar ta’taħt il-knisja Jonxru ħwejjeġ tal-mistħija U smajt li bintek tgħidx kemm tħobb tintelaq hemm Fil-Bar ta’ taħt il-knisja Bela te tixroblok lira Iżda t-tazza qisha borma u tgħidx kemm tleqq! L’irġiel ma jaqbdux nisa n-nisa jonsbu għan nisa u meta jitbewwsu spiss jolqtu ix-xufftejn Jiena noqgħod fuq li smajt Qħab u pirmli Issa għaxxaqna l’Alla! Xi ħneżrija ta’ nies għandna mas-saqajn. U Claire tilgħab bil-frenza waqt li Elaine timliha xemgħa Ġuże m’affordjax waħda u xorta xtaq tnejn! Iċ-ċrieket issikkati madwar swaba inkallati jinħallu mal-ħmura troxx fuq il-ħuġġbejn Jiena noqgħod fuq li smajt Qħab u pirmli Issa għaxxaqna l’Alla! Xi ħneżrija ta’ nies għandna mas-saqajn. Din donnha taf xi trid Din qisha għafrid tal-qiegħ ix-xogħol waħdu jurik illejla sahra! Fil-Bar ta’taħt il-Knisja Jonxru ħwejjeġ tal-mistħija U fuq sider bintek jaf issibni hemm Fil-Bar ta taħt il-Knisja jiena mmur Naħqar il-pulmun u nbul fuq l-intellett Fil Bar ta’taħt il-Knisja Kull dritta ssir milwija u jekk kuċċarina tleqq ngħadduha b’deheb Jiena noqgħod fuq li smajt Qħab u pirmli Issa għaxxaqna l’Alla! Xi ħneżrija ta’ nies għandna... Mur u oqgħod fuq li smajt Qħab u pirmli Issa għaxxaqna l’Alla! Xi ħneżrija ta’ nies għandna mas-saqajn.
4.
Min jafni bi Xkejjer min jafni b’Ġiljan Wieħed hawn bħali u ma jerġax ikun hawn Il-Alla erġajt ċappast il-papoċċ bit-tajn La l-ħajja mazz karti tal-azzard jien nilgħab kollox fuq l-għazz Żomm ha nċempel sick għax kesaħli l-bajd Jekk int għandek opinjoni kun af li jien għandi tnejn Avolja b’nofs waħda kont inġibek fix-xejn Il-knejjes iqabbduni l-bard, Vizzji għandi iżjed milli għandi xagħar Waddab pirmla avolja m’għandix uġiegħ ta’ ras Qabel il-pappa l-umpappa U wara l-vers nirbaħ il-fatta Pappa, umpappa u wara l-vers nirbaħ il-fatta Alla twajjeb, Alla kbir, got-tabernaklu DVD X’alażobbi mill-copyright anke l-pirati ddawnlowdjajt Ħallik min-nisa u dawwar il-ġunta l-hawn Lili ma jmerini hadd ħlief il-pompa tal-Marsa Reġgħet belgħatli Lm5 f’għoxx dik ommha U x’waħda din kemm hu pastaaaaaaaaaż Fiħ 6’ 5 u tgħidx kemm hu baaaaaaax Issa għalaqlu u ferra ieħor għal-gadazz l-ambaxxatur Malti tar-relax l-ambaxxatur Malti tar-relax
5.
6.
Minn qoxorthok rajthek imneżża’ U bqajt miblugħ bl-egħġubijiet Ma jitniffes l-ebda profeta Ma jitħarrek l-ebda ilsien Ma rridx naf fejn għid biss fi x’ħin U qablek issibni nistenna Fuq mewġa taħt mant ikħal nir Naqdef mingħajr ma nagħraf ħedla Fuq soddtok inħossni mfejjaq Minn fuq ix-xewk ghal fuq ix-xwiek Għal kull kelb li rabta stkerraħ Nerġgħu ngħoddsu taħt il-friex Ma rridx naf fejn għid biss fi x’ħin U qablek issibni nistenna Fuq mewġa taħt mant ikħal nir Naqdef mingħajr ma ngħaraf ħedla Naf li għoddni tlift il-għadd Ta kemm il-kelma erġajt blajt Issa li lest li nilbes ftit ilwien Li m’għadnix nisħet il-Milied Missejt il-qiegħ, u kien hemm ħlewwa Fil-qiegħ, kien hemm ħlewwa.
7.
Brussell 05:44
Minn ġo ħġieġa mtappna rajtu jimbota l-bagalja u jiċkien Minn ġo ħġieġa mtappna rajtu jfarfar l-aħħar tislijiet l-għażiż hija li mal-pluri-dekorati l-oħra qata’ l-biljett u b’xiber sogħba sellem lill-blata u sebaħ fil-kontinent isma meta trid ejja żurni ftit għax hemm fuq sabiħ imma jagħmel il-ksieħ u ħu ħsieb dak ir-riħ misħun bl-għasel u mistrieħ Rajtu jdub fix-xefaq Bħal kewkba maż-żerniq Il-qaħba milli kellha Felħet ittik Felħet ittik Felħet ittik l-imħuħ ta ġenarazzjoni li mingħalija lsienha sabet fil-qiegħ ta kexxun fi Brussel fuq mejda t’ufficcju modern ‘Luxembourg’ pseudo-kittieba, artisti u politici li setgħu kmandaw ftit rispett unanimament xammru d-dubblett fetħu blog u sarrfu ċ-ċekk isma meta trid ejja żurni ftit għax hemm fuq sabiħ imma jagħmel il-ksieħ u ħu ħsieb dak ir-riħ misħun bl-għasel u mistrieħ Rajtu jdub fix-xefaq Bħal kewkba maż-żerniq Il-qaħba milli kellha Felħet ittik Felħet ittik Felħet ittik
8.
Żuffjett 03:30
Arani ġej Mil-boghod, goff u salvaġġ mingħajr bdot Storbjuż Inqajjem villaġġ u in-nies jitbissmu jaħsbuni baħnan U jitbikkmu mix-xejn jien dejjem daħkan Għax aqwa mill-bieraħ intir mingħajr ġwienaħ U l-bikja tal-ferħ li tgherreq lin-nies Memorja tal-ħoss tal-ħadid u taċ-ċinga tar-ruħ Ta bniedem żagħżugħ Jien naf xi trid, sabiħa, x’tixtieq Balla salvaġiżmu u riħa ta fjuri u demel Xi dawra fuq xi dahar ta ġemel Biex niżfnu diż-żifna fuq il-qamar ta bin-nhar U jekk tiżloq nitbenglu flimkien kif immissu mal-art U nwerżaq go wiċċek biex ngħinek ma tinsieni qatt U nħollu iċ-ċinga marbuta ma ruh iż-żaghzguħ Biex niżfnu diż-żifna flimkien fuq ritmu imkisser Ta tanbur mifqugħ.
9.
Rendikont 03:23
Obżoq kemm trid f’wiċċ dan il-kantant….OBŻOQ! Mar-ritornell qis li xxarrabblu daqqtejn bis-sieq Forsi fl-aħħar tniggżu l-kuxjenza u jħossu obbligat jonqox ftit dettal jinten x’mkien fl-isfond Li jbaxxi leħnu u jammetti li kollox tond li jrid jew ma jridx ser ikollu jagħtikhom rendikont għali ffirmat b’inka mżellga ġo gwarniċ tas-sold imdendel m’għonqu, rendikont bin-numru, r-ritratt u l-isem ta’ ħbieb tal-ħakk perpetwu fil-banju tal-bried kunjom kull waħda li ħabbejt sa ma ħlibt Għax sormi wiesgħa u ma qgħadx fil-miżien Ix-xogħol, sens falz ta’ dmirijiet li jbellgħulek f’żogħżitek biex iżommuk f’postok iżommuk kwiet sa ma minn fommok jiżolqu barcodes mhux kliem u l-imħabba minn patt issir biss kundizzjonijiet Fid-dwejjaq ta daż-żobb ta pajjiż li lwienu jfittex Fil-ħdura ta partit ta’ poplu li leħnu jsemmgħu biss kull meta jogħla t-trab tal-ħasil iż-żwiemel kollha tgħallmu jingħu bħal ħmir żwiemel u ħmir jistennew ħanżir itir sa minn Alla l-pastizz jgħamilna Maltin Issa li żlaqt fit-30 Issa nista ngħid li qlajtu f’sormi issa nista ngħid li veru intlift Wens fadal biss, fadal biss Ħara m’Alla f’nofs ta’ xagħra mixħut, mitluq, Mixħut mitluf minn sensik. Mitluf tibghat messagg tistaqsiha kif inti sabiex twiegbek tajjeb grazzi F’Lulju jien iżżewwigt Il-ħolma laħqet nitnet, saret frak Il-ħolma tfewqet iżda l-istonku ma straħx La mmut kull toqba f’gismi jimlew bit-tajjar qraba w ulied ma nħallilhomx ħaqq Euro fil-wirt L-aħħar qatra mit-tazza niżżilt Kont għidt xi ħaga imma naħseb li ntlift iva hekk jew b’hekk jien ma jienx ħlief kantant dak li ngħid jien ġia jafu kulħadd
10.
Ma jkunx impuls pur li jagħti lok għal dell ta’ ħsieb iltim F’ħakka t’għajn il-kotra tqaqi ‘razzist! Misoginist! Nittien!’ Bejn maħta u demgħa temtmu ‘uuuu kemm kien orrajt miskin!’ Sa ġimgħa qabel id-difna kien kelb imġiddem bil-bried Qalu aħna Maltin bħalkhom appoġġ irridu bi dritt In-nazzjonalita bħas-sorm għandha toqba għandha wiċċ għandha toqba għandha wiċċ, u lejħ darbtejn ma tħarisx għandha toqba għandha wiċċ Mar sal-bank ma laħaqx rifes l-għatba li ma gewx laqgħuħ b’eċċess ta kordjalita Indagaw fuq l-eta tiegħu u insistew li għalkhemm żgħir missu ilu assikurat! Staqsewħ x’jahseb u għal darba għoddu ħabat sab il-kliem Imbgħad farfar ktieb u spara sebgħa kwotazzjonijiet Bravu Ċirillu, għalhekk jgħidulu hekk Bravu Ċirillu, għalhekk jgħidulu hekk Sabiex tasal qabel trid mill-inqas titlaq siegħa tard Formula elementari tiżgura l-puntwalita Jiftakruħ fuq quddiem nett għad dimostrazzjonijiet offrewlu impjieg gwapp u qatt ħadd ma reġa semgħa biħ Ħadd ma reġa semgħa biħ, had ma reġa semgħa xiex? Ħadd ma reġa semgħa biħ Mar sal-bank ma laħaqx rifes l-għatba li ma ġewx laqgħuħ b’eccess ta kordjalita Indagaw fuq l-eta tiegħu u insistew li għalkhemm żgħir missu ilu assikurat! Reggħet waslet il-Vitorja Hemm bżonn naġġornaw l-istorja tal-kebabs faru bil-ġid Jean Parisot mhux ġej fil-ħin It-Torok rebħulna fin fin Sovversiv il-pjaċir li tħoss wara li titlob parir l-iżjed meta tkun taf li ser terġa tagħmel li ż-żobb trid l-iżjed meta tkun taf li ser terġa tagħmel li ż-żobb trid l-iżjed meta terġa tkun uuuuuuuuuuuu kemm deher maħsud! Bir-rebħ ta’ l-unur! Iringrazzja l-isponsor u qabiżlu d-dmugħ Għajtu li jriduh Għax setgħu jgharfuħ Bħall-Imdina fuq it-tila ta’nofs Pittur Ma fadalx gamiem Spicca l-isturnell L-iskuża għal din il-kanzunett hu r-ritornell
11.
L-Eletti 04:02
onfħu b'kemm għandkhom ġot-trumbetti għall kull wegħeda ponn konfetti waslu l-eletti bdejt fuq versi kemmxejn fjakki rima a a a tad-dilettanti debuttanti ċappsu s-sunetti tan-nejk tagħkhom f'nofs il-pagni partiġġjani f'ġieħ l-Eletti Superlativi l-aġġettivi min qal li lsiennha jinsab f'xifer ta kriżi? Fejn hi l-krizi? Kull ħames snin id-demm jibqa nieżel għar-ras u ĦADD....ma jħossu iżjed impotenti U tista mhux tkun l-ikbar għajnbaqru...għax xorta issibilna l-kura għal kankru Materja prima skarsa izda r-rizorsi abbundanti dejjem grazzi grazzi għal-Eletti u f'nuqqas t’oġġetivita nistgħu nistgħu dejjem ninterpellaw lil Lou Bondi , Peppi Azzopardi, Where's Everybody In-nutar qalli li kliemi għandhom ħabta jifilgu l-melodija mela aħjar ngħalaq għoxx ħalqi nħalli l-banda tikkumbatti u x-xaħam jikber ma żaqqi għalxejn ngħorok snieni tajjeb għax qatt, qatt, qatt m'hu ser jibjadu daqs tal-eletti
12.

about

A genre bending pop/rock/punk hybrid debut that has since transformed Brikkuni into a cult phenomenon ushering in a new wave of Maltese Alternative music in its wake.

credits

released November 16, 2008

Brikkuni:

Michael ‘is-sabiħ’ Galea fuq drums, perkussjoni u ħsejjes oħra
Il-Flambu fuq il-baxx
Danjeli fuq (u kultant anke gol-) keyboards
Matthew Cuschieri fuq il-kitarra
Mario Vella fuq l-istonku.

Mużiċisti ohra:

Ruth: Klarinett
Reno: Trumbetta
Il-Kurun: Trumbun Slide
Roberta: Vjolin/Vjolinċell
Id-Delli: Mandolina/Kitarra

Kliem: Mario, minbarra ż-Żufjett (Danjeli)
Mużika: Brikkuni passat u preżent
Produzzjoni/Arrangamenti: Brikkuni u David Vella
Irrekordjat ġewwa Temple Studios il-Mistra.

license

all rights reserved

tags

about

Brikkuni Malta

Often credited with the revival of Maltese sung pop music, Brikkuni have been doing the rounds since their seminal 2008 debut 'Kuntrabanda' - a genre bending pop/rock/punk hybrid that transformed the band into a local cult phenomenon ushering in a new wave of Maltese alternative music in it's wake. ... more

contact / help

Contact Brikkuni

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Brikkuni, you may also like: