1. |
Rub Al Khali
07:10
|
|||
Imħabba aħfirli
Nitolbok, emminni
Fuq ommi naħlef; jisgħobbija
Nitolbok twaddabnix ġo qoffa mal-bqija
Imħabba twiddibnix b’dazji moħbija
Armat l-artal l-arja bl-inċens tqila
L-abbattini staħbew fis-sagristija
Imħabba nolfoq
Mat-trabi fin-nieqa
F’tarf ħalqi nġemgħat
L-abjad ta’xlieqa
Imħabba stħajjiltek
B’għajn waħda ssejjaħli
Minn fuq l-ogħla għaram
Ta’ Rub’ Al Khali
Iddur kemm iddur iċ-ċentru jibqa’ fejn ikun
|
||||
2. |
Ċpar
05:10
|
|||
Ċ(P)AR
Ċpar.
Fi triqti lejn l-Imġarr
Ċpar.
Tistħajlu duħħan
Minn ħġejjeġimkebbsa taħt qoxortil-art
Ċpar.
Abjad libbes l-asfalt
Dgħajjef dwalijiet
Li minn arbli għoljin kmandaw it-triq
Ċpar.
Widnejk trid tiftaħ biex tara
Mill-wied erġajt smajt l-eku t’armi
Jisparaw fuq it-tajr li bħal dan iż-żmien ipassi
Ħsibt li ċ-ċpar kien ser jagħtihom nifs mill-qilla tal-porvli
Li kilbetkaċċatur f’dat-temp ma setgħatx ħlief tbatti
Iżda ħadd u xejn
Mhu ser jidħol bejn
In-namra u n-namrat
Ċpar.
Xi kultant,
Troddilna lura ftit mis-seħer
Minn dak li jġorrna lura lejn jiem
Il-ħolm ħali ta’ żgħożija fl-ewwel fjur
It-tfal sakrana
Tal-lejl l’għadda
Għand ommhom
Inġabru għas-sħana
Mill-wied erġajt smajt l-eku t’armi
Jisparaw fuq it-tajr li bħal dan iż-żmien ipassi
Ħsibt li ċ-ċpar kien ser jagħtihom nifs mill-qilla tal-porvli
Li kilbet kaċċatur f’dat-temp ma setgħatx ħlief tbatti
Iżda ħadd u xejn
Mhu ser jidħol bejn
In-namra u n-namrat
|
||||
3. |
Aguirre
04:57
|
|||
Ir-riħa karga t’għaraq u larinġ
Tħabbar miġjet qraba miġjet ħbieb
Qalb qraba u ħbieb tħoss wens
Ma tħossx mistrieħ
Qalb qraba u ħbieb l-iżjed li tħossok iltim
Għajjejt inħoll u naqfel lazzijiet
Ta’ żraben milbusa minn ċentupied
Id-dmugħ kollu li minn għajnejja bilt
Ħallew linji twal ta’ tumbatitaflin
Iswed kien
L-elmu tat-tfajla li nefħet l-irmied
Vjola vjola
Nonfoħ fuq dawn l-erba’ ġamriet
Ħafi ħafi
Minn fuqhom ħadd jirfes ma ried
Subgħi kaxkart għaqqadt ittri ffurmajt kliem
Mill-għabra li nġemgħat fuq wiċċ il-ħġieġ
Bħal Aguirre mgħammex minn deheb l-ibliet
Fuq ċattra ma’ xadin baħħart lejn it-tmiem
Iswed kien
L-elmu tat-tfajla li nefħet l-irmied
|
||||
4. |
Għaxar Snin
05:29
|
|||
Illum f’ idi ġew
L-ittri twal li darba ktibtli
Mirja ġebbdu rifless ġismi
U emmint li twalt
Kull kelma musmar
Preċiz dritt għal ġo nofs sidri
U għad li qrajthom biss f’ qalbi
Xorta laqlaqt
Illum f’ idi ġew
L-ittri twal li darba ktibtli
Mirja ġebbdu rifless ġismi
U emmint li twalt
Ġo pjazza vojta għannaqtek
U mill-għafsa ndunajt
Li għalkemm qatt ma kont tiegħi
Issa żgur int ta’ kulħadd
Għalxejn ittamajt
Ma fadalx truf ma xiex naqbad
F’nofs il-waqgħa rranġajtli xagħri
Uħadtli ritratt
Biss kun af,għażiża, kun af
Li dawn is-snin kollha
Għalija ma kinux meħuda
Izda lkoll kemm huma mogħtija
L-ebda waħda mitlufa
Ebda waħda moħlija
U għad li demmi ċarċart
Mal-bieb li f’ wiċċi għalaqt
Qatt mhu ser jisgħobbija
Ġo pjazza vojta għannaqtek
U mill-għafsa ndunajt
Li għalkemm qatt ma kont tiegħi
Issa żgur int ta’ kulħadd
|
||||
5. |
Stella
06:14
|
|||
Stella agħlaq it-tieqa
Laħaq kesaħ u taf
Li ta’ din l-età
Ma jiswiex tistieden irjiħat
Stella agħlaq it-tieqa
Forsi llejla ma tismax
Minn tarf il-vjal
Is-sejħa tal-leħen li bbalzmak
Stella rranġat
Ġabret xagħarha pittret wiċċha
Għalkemm taf
Minn ħames snin ’ilhawn
Lanqas għall-ġbir tal-festa m’għadhom jiġu jħabbtu
Il-qtates ġol-boroż taż-żibel iqallbu
Huma biss fik jiftakru
Dalwaqt Stella, dalwaqt
Jidħol sieket setgħan
Il-lejl li dellu jifrex bħal madmad ta’tirann
Il-lejl li darba ħallmek illum iħallik bi ngħas
Titlob indiema
Għal dnubiet li missek wettaqt
|
||||
6. |
Il-Kalma Qabel il-Kalma
04:37
|
|||
Bħal ma soptu jieqaf quddiem id-deheb furban
Hekk ikolli nieqaf issummat
Quddiem mara li ma tibzax tilbes turban
Li tippreġja l-kliem profan
Kif qatt nista’nħassar id-daħqa li karkart
Elfejn pied ’ilfuq mill-art?
Idi f’idek għafast kif rajt wiċċi jibjad
Bit-turbolenzi l-inżul kumplikat
Fommi ma lħaqtx
Fommi ma lħaqtx
Għal ftit ċentimetri
Biex ma noqgħodx inbaxxi
Ġegħeltek tilbes is-suletti
Konna kbar
Konna kolossi
Konna par, konna perfetti
Konna kollox
Kollox ħlief kuntenti
|
||||
7. |
Għadna (feat. YEWS)
05:56
|
|||
Malli x-xemx tinżel fil-punent timtedd
L-għammiel ifittex kenn fil-friegħi
Mill-bogħod id-dwal mit-twieqi
Nistħajjel għajnejn
Jien u nsuq lura d-dar lejn tiegħi
A aaa
Stennieni
A aaa
Daqt nasal
Ejja ħa ninġabar maġenbek
Ħallik mill-mogħdija
Ejja ħdejja
Dejjem hekk
Imbagħad jinġemgħu hemm
Ħallihom f’idi mur inħasel
Forsi għal darba nilħqu film mill-bidu nett
U nibqgħu mqajmin sat-tmiem
A aaa
Xejn iżjed
Aaaa
Ma nitlob
Monotonija sabiħa
Min qal li ta’ kuljum iweġġa’?
Jaqbel tikkuntenta
Jekk ġenna ma ssibx hawn
Jaf iddum tistenna
“Qed narani tqawwejt”
“Inħossni qed nikrieh”
Xi tridni ngħidlek għid?
Qalbi, qatt ma konna mis-sbieħ
Għandu ħabta ż-żmien jgħawweġ it-tifsiriet
Jibdel maħbubin fi ħbieb
Ħtiġijiet fi drawwiet
Ara taħseb ma nistaqsix
Għalfejn illalla għadna flimkien
Għadna għaaaa ...
|
||||
8. |
||||
Ikun dak li trid int
Tħallini qatt iżjed nitbiegħed
L-idejn li b’għadab erfajt
Jirtogħdu ma sejħet ismek
Ir-razzjonalità qatt
M’għarfet ir-ruħ mill-ġisem
Ħalli r-ritwal ikun xrar
Minn fjamma li tħeġġeġ
Iżżiegħel
U ssabbar fl-iljiel
Dell
Jitwal ma’ nin il-jum
Dell
Lil sidu ma jibdlux.
|
Brikkuni Malta
Often credited with the revival of Maltese sung pop music, Brikkuni have been doing the rounds since their seminal 2008 debut 'Kuntrabanda' - a genre bending pop/rock/punk hybrid that transformed the band into a local cult phenomenon ushering in a new wave of Maltese alternative music in it's wake. ... more
Streaming and Download help
If you like Brikkuni, you may also like:
Bandcamp Daily your guide to the world of Bandcamp