more from
Ultralow Music
We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

L​-​Assedju ż​-​Ż​g​ħ​ir

from Kuntrabanda by Brikkuni

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €1 EUR  or more

     

lyrics

Tamietna fuq dahar it-Tramuntana baħħarna lejn Sqallija
Jekk tmissna x-xorti sal-llejla ghandha tfiġġ Pantelleria
Deffes imnieħru l-Punent u spiċċajna fuq dil-Gżira
Xi wħud laqawna oħrajn tathom ferneżiija
Ħarġu fit-toroq jgħajjtu qajjmu l-midinba ta’ Kastilja
Il-lingwa nstemgħet familjari u ttantajt nagħmel stqarrija
Jiena Musadebi Dauda minn tal-Avorju L-Kosta
Ġejt biex nisirqilkhom xogħlkhom u niklilkhom xi tarbija

Tefgħuni taħt tinda kbira tonda
Tawni larinġa qarsa u sodda ftit skomda
Saħnu l-irjus xejjru l-idejn,
Kien hemm min weġġa
Kull ma kelli tajtu lill-gwardjan li ippuntali
Lejn toqba fil-grada u minnha jien parpart

Fittixt il-kenn sibt flat fit-tielet sular go blokka l-Gżira
Sid il-kera wiegħedni mhux ser jgħafasni jekk nagħmillu
daqsxejn ta’ pjaċir zgħir, kwarta kollox kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija
Xogħli għamiltu tajjeb tant li spiċċajt akkwistajt Visa
niċċelebra mort fl-ewwel Club li sibt, fil-bieb għamlu għalija
Staqsejt għaliex, ma weġbunix u minflok daħħlu Olandiża

L’għadha sbaħt il-Belt
Kelli bżonn tibdilha
Fil-bieb reġgħu laqgħuni
Mingħajr ħjiel ta’tbissima
Qaluli għalik m’għandna xejn u jien ħarist lejn il-vetrina
U ntbaħt li mal-iswed ma jaqbel xejn

Sibt impjieg imħallas ħażin nongor il-ġebel ġo barriera
Sfurzajt, tqanżaħt, il-bajd kissirt biex forsi ndawwar lira
Sħabi għammduni mitejn darba iżda fl-aħħar laqgħuni
Għax miksi bl-għabra tal-franka sirt abjad u issa drawni
U bis-saħħa ta Muhammed sibt tfajla kerha iżda ħanina
Tliet snin ilu żżewwigna ftit xhur wara waslet tarbija

Għandha għajnejn ommha, mnieħer missierha
Ta’ Muhammed l-imħabba ta’Kristu l-ħniena
U l-ewwel kelma li lissnet kienet Maltija
Daqs l-erbgħa u sittin u d-disgħa u sebgħin.

credits

from Kuntrabanda, released November 16, 2008

license

all rights reserved

tags

about

Brikkuni Malta

Often credited with the revival of Maltese sung pop music, Brikkuni have been doing the rounds since their seminal 2008 debut 'Kuntrabanda' - a genre bending pop/rock/punk hybrid that transformed the band into a local cult phenomenon ushering in a new wave of Maltese alternative music in it's wake. ... more

contact / help

Contact Brikkuni

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Brikkuni, you may also like: